Il-Ġimgħa Mqaddsa Differenti Mis-Soltu…Araw il-Programm

F’komunikat mill-kurja, il-midja kollha rċeviet dettalji ta’ xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna. Dawn ser ikunu hekk: Il-Ħadd 5 ta’ April, fid-9:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm, u wara jkompli bil-Passjoni tal-Mulej fil-Kappella tal-Madonna ta’ Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-Tnejn…