Veru Li Isem Ħaż-Żabbar Ġej Mis-Sengħa Taż-Żbir?

L-ismijiet tal-irħula tbiddlu mas-snin. Jista’ jkun ukoll li tbiddlu mhux biss minħabba ħakkiema ta’ pajjiżna differenti iżda wkoll minħabba l-mod kif il-poplu kien jaqra jew jgħid ċerti ismijiet. Isem li m’għandux x’jaqsam mal-irħula huwa Putirjal li propjament kien Porta Reali. Imma meta mitkellem mill-Maltin, ma kinitx idurilhom il-kelma. Studjużi jgħidu li Ħaż-Żabbar ġej mill-kelma Maltija…