Ħasbu li għamlet ħafna xita għax l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt ittieħdet lejn raħal ieħor … Evarist Bartolo jtina ħarsa lura lejn is-superstizzjonijiet tal-Maltin
Fl-1832 għamlet tant xita li saħansitra beda jsir it-talb biex tieqaf. Ħafna nies bdew jemmnu li din ix-xita kbira kienet ġejja mill-fatt li l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta kienet ittieħdet lejn raħal ieħor, u minflokha ġiet imġieba l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja. Meta l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu reġgħet inġabet lura l-Belt, kompla jsir it-talb, iżda t-temp ma nbidilx…
