Tintemm it-Tieni Edizzjoni tal-Malta Boat Show
Illum intemmet it-Tieni Edizzjoni tal-Malta Boat Show li saret matul din il-ġimgħa ġewwa Dockyard Creek, bejn Bormla u l-Isla. L-avveniment, li jiġbor kollox relatat mas-settur marittimu — industrija importanti għall-ekonomija Maltija — kellu suċċess kbir u kiber b’mod sostanzjali meta mqabbel mas-sena l-oħra. Din is-sena l-wirja estendiet fuq 1.5 kilometru ta’ mollijiet, b’aktar minn 75…
