Jista’ Jkun Li Dan Huwa L-Aktar Marċ Funebru Maħbub?!

Marċ li jdaħħalna fl-ispritu… imma jmissilna qalbna tassew?!   Ingħatat bidu l-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2020. Ġimgħa Mqaddsa b’differenza fejn jekk naħsbu ftit, bosta qed isofru. Kemm minħabba l-mard bil-COVID-19 u s-sitwazzjoni izda mhux biss. Għalkemm ejja ma ninsewx id-dulur li għaddej kontinwament f’bosta nies umani; min b’ħaġa, min b’oħra. Min tilef lil xi ħadd intortament,…