Clayton Saliba Joħroġ B’Idea Ta’ Monument Virtwali Waqt Covid-19

Inti tista’ tieħu sehem! Il-fundatur tal-paġna popolari Isma’ Ftit Clayton Saliba ħareġ b’idea sabiħa għal waqt il-pandemija tal-Covid-19. Opportunità biex inti tikteb fi spazju maħluq apposta billi tidħol fis-sit www.ismaftit.com u tmur fis-sezzjoni ‘Ħolqa ta’ Tama’ fejn hemmhekk issib spjegat x’għandek tagħmel. F’ din is-sezzjoni, inti mħeġġeġ tikteb il-ħsibijiet, l-emozzjonijiet, messaġġi ta’ kuraġġ u tama f’dan…