Spikkat fih l-umiltà – Imut ir-Raġel tal-President ta’ Malta

Ftit tal-minuti ilu tħabbret il-mewt tan-Nutar Anthony Spiteri Debono, ir-raġel tal-President Myriam Spiteri Debono fl-età ta’ 78 sena. Dr Spiteri Debono ħalla din id-dinja kawża ta’ kumplikazzjonijiet ta’ saħħa. Fuq il-midja soċjali dlonk inxterdu messaġġi dwar l-umiltà u l-ġentilezza tiegħu. Insellmu l-memorja tiegħu u noffru l-kondoljanzi lill-Eċċellenza Tagħha President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono. L-uffiċċju…