Il-Casino Notabile Mdina – Il-Binja Li Tpaxxi L-Għajn
Inzertajtuha żgur din il-binja xi darba jew oħra u spiss in-nies isaqsu x’kienet?! Fl-1886 grupp ta’ nobbli mill-Imdina kkummissjunaw lill-arkitett Ingliż Webster Paulson biex jiddisinjaw ‘club house’ li kellha tinbena fuq is-Saqajja. Jingħad li dan għamluh minħabba li qabel kienu jiltaqgħu għand il-familja De Piro iżda mbagħad kien hemm xi diżgwit u l-Ingliżi riedu post…