Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat 2025
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarju organizza l-14-il edizzjoni tal-Premju Nazzjonali għall-Volontarjat, li kull sena jagħti rikonoxximent lil persuni u għaqdiet li jispikkaw fil-qasam volontarju u jikkontribwixxu għal soċjetà aħjar. Din is-sena ġew sottomessi 44 nominazzjoni, u waqt iċ-ċerimonja nħabbru u ġew ippreżentati sitt premjijiet: Premju Nazzjonali tal-Voluntier tas-Sena: Mario Darmanin – Malta Frame Football Premju Voluntier…
