14-il proġett jingħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Restawr

Erbatax-il proġett se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €190,000 permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr, imħabbra mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni. Din l-iskema kienet miftuħa għal organizzazzjonijiet kulturali u volontarji li jeħtieġu appoġġ biex jikkonservaw proprjetà kulturali, kemm ġewwa kif ukoll barra, b’mod partikolari…