Imtenni mill-ġdid appell urġenti biex jissalva l-Forti Salvatur tal-Kalkara

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed terġa’ ttenni l-appell urġenti tagħha sabiex jittieħdu passi konkreti u immedjati biex jiġi mħares u salvat il-Forti Salvatur fil-Kalkara — binja ta’ importanza storika u kulturali kbira li bħalissa tinsab f’qagħda allarmanti ta’ deterjorazzjoni kontinwa. Intqal li għalkemm jirrikonoxxu li l-forti jinsab f’idejn sidien privati, l-istat attwali tiegħu jesiġi intervent koordinat…