“Tgħallimt Minn Soru… Sar Il-Passjoni Ta’ Qalbi!” – Lawrence Caruana

Abbli ġieli nzertajtu ritratti fuq facebook tal-ħidma sabiħa u fina li jwettaq l-artist Lawrence Caruana. Lawrence jaħdem fir-rakkmu. Jaħdem ukoll il-ganutell imma l-aktar li huwa magħruf huwa fil-linja tar-rakkmu fin. Issa ilu f’din il-linja għal madwar 20 sena. Tkellimna miegħu minn wirtmalta.mt u qalilna li tgħallem din is-sengħa mingħand soru; Suor Anna Antida Micallef. “Ix-xogħol…