Investiment fir-riċerka biex tissaħħaħ il-kura fl-ewwel stadji tat-tqala

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, nieda l-proġett SEED (Study of Early Events in Development), studju nazzjonali mifrux fuq tliet snin li għandu l-għan li jtejjeb il-kura u jkabbar l-għarfien dwar l-ewwel trimestru tat-tqala f’Malta. Dan il-proġett se jkun pass importanti lejn kura aktar ibbażata fuq evidenza. Permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Fakultà…