Jinfetaħ Sptar Għan-Nisa B’Fondi Minn Mara Taljana

Il-Kavallieri ma kellhomx sptar għan-nisa!   Il-Kavallieri nafu li primarjament qabel ma kienu suldati tal-battalji, kienu ospidalieri. Dan ifisser li kienu jagħtu servizz medikali b’attenzjoni speċjali fuq kwarantini, ferimenti u dak kollu li kien jinqala’. Fl-1654, it-tabib Malti Nicolò Saura waqqaf l-isptar San Nikola. Dan it-tabib kien ħalla ġidu kollu għall-isptar kif għamlet bħalu bintu,…