70 Sena ta’ Sigurtà Soċjali: Kisbiet u Investiment fil-Familji Maltin

Ġiet imnedija sensiela ta’ ċelebrazzjonijiet li jfakkru 70 sena mit-twaqqif tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta, b’enfasi fuq il-progress u l-appoġġ li dan is-settur ta tul is-snin lill-familji Maltin u Għawdxin. Il-programm, li jinfirex fuq xahar sħiħ, ipoġġi fil-qalba tiegħu lill-familji u lill-pensjonanti, filwaqt li juri kif il-benefiċċji soċjali baqgħu relevanti u importanti fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies.…