Ried funeral sempliċi bla fjuri u ċerimonji – imma ħalla wirt kbir bl-iskoperti tiegħu

F’nofs il-lejl, nieqes kwart tat-30 ta’ Settembru 1864, twieled Temi Zammit minn familja umli. Għex ħajja ta’ servizz lejn pajjiżu u, ftit qabel miet fl-età ta’ 71 sena, ħalla istruzzjonijiet ċari: funeral sempliċi, bla fjuri, bla ċerimonji u bla tifkiriet stampati. Huwa ried biss li l-ġisem mejjet tiegħu jinġarr direttament lejn iċ-ċimiterju. Kien jemmen li…