Jekk Tarmi Ż-Żibel Barra Tkun Qed Taġixxi Ta’ Żibel Inti Stess!

X’jiġifieri tarmi barra? Mela barra l-miżbla tiegħek?! Kif ma tgħajjewx taraw il-ħmieġ madwarkom? Imxejna ‘il quddiem imma fadal triq twila… u dawk il-ftit li fadal itappnu l-progress ta’ ħafna. Mela llum temmen li għadek issib nies jarmulek ‘fridge’ ġol-baħar? Jew skart bl-addoċċ bħal donnu ma jifilħux iċemplu kunsill u jieħdu paċenzja jistennew sakemm jiġu jiġbrulhom…