Tafu Kif Ġie L-Laqam Tal-Madonna Tas-Samra?
Il-Ħamrun huwa lokalità li żviluppa dawn l-aħħar 150 sena. L-eqdem parti tal-Ħamrun hija bla dubju ta’ xejn il-parti viċin tal-knisja ddedikata lill-Madonna tas-Samra. L-istorja ta’ kif bdiet id-devozzjoni lejn din il-Madonna teħodna fil-Birgu waqt l-Assedju l-Kbir. Jidher li negozjant li kien jismu Toni Spinaci u li kien joqgħod fil-Birgu, ġarrab qatgħa kbira meta waqt l-attaki…