Investiment f’erba’ proġetti li jsaħħu l-innovazzjoni fl-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali
Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni organizza t-tielet minn sitt avvenimenti tematiċi li se jsiru matul din is-sena b’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta. Wara żewġ diskussjonijiet li ntlaqgħu tajjeb, din id-darba l-avveniment iffoka fuq l-Intelliġenza Artifiċjali u t-Teknoloġiji Diġitali, żewġ oqsma li qed imexxu bidla importanti fid-dinja tal-lum. Din is-sensiela ta’ laqgħat se tkompli fix-xhur li…
