Terrimot Qered Lil Messina U Nħass Sewwa F’Malta

Fl-1908 faqqa’ t-terremot li qered lil Messina u li kien inħass sewwa f’Malta. B’kollox kienu saru sitt skossi fi kważi siegħa. Il-pubbliku kien twerwer. Għall-ħabta tat-7.45am kien seħħ maremoto fejn waqt li l-Port il-Kbir kien imħares mill-Breakwater, dak ta’ Marsamxett ma kienx. Il-baħar għola aktar minn metru, tela’ l-art u daħal fil-ħwienet ta’ dak iż-żmien…