Jasal fi tmiemu l-proġett ta’ restawr fuq it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa

Ix-xogħlijiet ta’ restawr u konsolidament fuq it-Torri Storiku ta’ Għajn Tuffieħa, imwettqa mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, issa tlestew b’suċċess. B’dan l-intervent, ingħatat ħajja ġdida lil wieħed mit-torrijiet kostali mibnija fl-1637 fi żmien il-Gran Mastru Lascaris, li kienu jservu biex isaħħu s-sistema tad-difiża kostali ta’ Malta kontra l-attakki tal-korsari. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen…