It-tradizzjoni orali Maltija tingħata xeħta moderna b’serje ġdida ta’ filmati kreattivi

Id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Universitả ta’ Malta bħalissa qiegħed itella’ serje ta’ filmati qosra fuq Facebook, Instagram, u Tiktok bħala parti mill-proġett tat-Tradizzjoni Orali. Dawn il-filmati jiċċelebraw oqsma differenti tat-tradizzjoni orali Maltija, bħalm’huma t-taqbiliet, il-laqmijiet, il-lingwaġġ tas-snajja’, il-leġġendi, iċ-ċajt, u l-istejjer popolari. Il-Prof. Adrian Grima, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, jiddeskrivi t-tradizzjoni orali bħala “dak il-wirt kulturali…