Il-volontarjat jagħti ħajja ġdida lill-ġonna ta’ Villa Frere

Villa Frere f’Tal-Pietà hija sit ta’ valur storiku u kulturali importanti għal Malta. Illum madwar 15-il voluntier qed jagħtu s-sehem tagħhom biex dan il-post jerġa’ jieħu l-ħajja, hekk kif permezz tal-ħidma u l-impenn tagħhom il-ġonna ġew imnaddfa, imtejba u restawrati. Grazzi għal dan ix-xogħol, il-ġonna jinfetħu għall-pubbliku darba fix-xahar sabiex kulħadd ikun jista’ jgawdi u…