Wied iż-Żurrieq għall-ewwel darba mqabbad man-network nazzjonali tad-drenaġġ

B’investiment ta’ madwar €3 miljun mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tlestew ix-xogħlijiet ewlenin f’Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi, sabiex iż-żona tkun imqabbda man-network nazzjonali tad-drenaġġ għall-ewwel darba fl-istorja tagħha. Sa issa, ir-residenti u n-negozji fiż-żona kienu jiddependu fuq fosos privati għas-servizzi tad-drenaġġ, sistema li matul is-snin ġabet magħha diversi sfidi ambjentali u ta’ saħħa pubblika. Permezz ta’ dan il-proġett,…