L-għadd ta’ għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn fondi pubbliċi din is-sena tela’ għal 120, b’investiment totali li jaqbeż il-€1.1 miljun. Dan wara li 37 organizzazzjoni volontarja oħra ngħataw fondi ġodda mill-Kunsill Malti għall-Arti, b’valur ta’ €344,000, u b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda li diġà gawdew minn €800,000 aktar kmieni din is-sena. Il-finanzjament qed jingħata permezz…
