Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiftaħ is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, fetaħ is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta. Huwa ħabbar skema ġdida ta’ Working Holiday għaż-żgħażagħ ta’ dixxendenza Maltija, li se toffri opportunità biex iżuru Malta għal esperjenza ta’ xogħol jew studju filwaqt li jiskopru mill-qrib l-għeruq u l-identità Maltija tagħhom.…