Meta D-Djar Maltin Kienu Jimtlew Bin-Nugrufun

Illum imdorrijin bl-elettriku iżda qabel…   Sa nofs is-seklu 20 kien għad hawn bosta familji li jużaw il-kenur; magħmul minn blokka tal-ġebel b’erba’ kantunieri li fuqhom tistrieħ borma u fin-nofs ikun hemm il-ħatab jaqbad. Taħt il-ħatab, il-ġebla kienet tkun imxaqqa biex l-irmied jinżel isfel ġo ħofra li kienet tinfed sal-faċċata tal-kenur. Din il-ħofra fuq quddiem…