Il-General Workers Union talbet żieda ta’ Lm1.25
Kien bħal-lum 12 ta’ Jannar tal-1949, meta beda jinstema l-ewwel arbitraġġ kontra d-Dipartiment tad-Difiża Ingliża f’Malta. Il-President tat-Tribunal kien Sir Charles Doughty. Kien sar mill-General Workers Union f’isem il-ħaddiema tat-tarzna. L-Union kienet rappreżentata mis-Sur Leli Tabone li kien mgħejjun mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Reggie Miller. L-Union talbet żieda ta’ Lm1.25 u żieda proporzjonali għaż-żgħażagħ. Fid-deċiżjoni tiegħu,…

