Pittura Mmermra Attribwita Lil Francesco Zahra Salvata Milli Tintilef

Pittura allegorika attribwita lil Francesco Zahra, li tiddekora s-saqaf tal-Kappella ta’ San Kalċedonju, fil-Kurja tal-Arċisqof (Casa Manresa) fil-Furjana, kienet qrib li tintilef kompletament minħabba l-ħsarat estensivi li din kellha. Amy Sciberras u t-tim tagħha ġew fdati b’dan il-proġett diffiċli ta’ konservazzjoni u restawr. Din is-sitwazzjoni kienet titlob trattamenti ta’ emerġenza li kellhom isiru fuq il-post,…