ENVISION2050 – Dwar il-futur kreattiv ta’ Malta. Ipparteċipa.
Il-pubbliku qed jiġi mistieden jipparteċipa fil-konsultazzjoni ENVISION2050, li se tiddiskuti l-futur kreattiv ta’ Malta. Din is-sessjoni se tkun iddedikata għall-arti, il-kultura u s-settur kreattiv, fil-kuntest tal-erba’ pilastri strateġiċi tal-viżjoni ta’ Malta sal-2050. Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iħeġġeġ lill-pubbliku, il-professjonisti u l-partijiet interessati biex jagħtu l-kontribut tagħhom, sabiex il-viżjoni fit-tul ta’ Malta tirrifletti wkoll il-ħtiġijiet tas-settur…
