The Assassin – Season 2 jinġibed f’Malta b’investiment ta’ €17-il miljun u opportunitajiet ġodda għall-industrija tal-films

Il-produzzjoni Ingliża The Assassin – Season 2 bħalissa qed tinħadem f’Malta, b’ġbid li beda fis-16 ta’ Frar u mistenni jkompli sal-5 ta’ Ġunju 2026. Is-serje se tkun magħmula minn sitt episodji ta’ siegħa kull wieħed, taħt id-direzzjoni ta’ Terry McDonough. Ix-xeni qed jinġibdu f’diversi lokalitajiet madwar il-gżejjer Maltin, fosthom Valletta, Floriana, Rabat, Attard, Mellieħa, Marsaskala…