Bil-Filmat: Esploraw Il-Mużewijiet Li Għandna F’Pajjiżna Taħt Il-Baħar!

Għalina Heritage Malta ħaqqhom kull tifħir. Dejjem għaddejjin bil-ħidma tagħhom kemm f’dik li hija kura tal-wirt li għandna, kif ukoll f’dik li hija ħolqien ta’ metodi ġodda kif il-pubbliku jista’ jitgħallem aktar u jiskopri pajjiżna x’joffri. B’tim eċċezzjonali ta’ bugħaddasa lokali u internazzjonali, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, ittieħdu filmati u ritratti ta’ dak…

Min Jiftakarha Hekk Il-Bajja S-Sabiħa (‘Pretty Bay’) Ta’ Birżebbuġa?

X’ritratt dak! Waslilna dan ir-ritratt mingħand Christina Vella tal-Bajja s-Sabiħa jew kif inhi magħrufa bl-Ingliż ‘Pretty Bay‘ ta’ Birżebbuġa. Ir-ritratt skond kif qaltilna Christina jmur lura għas-sena 1963. X’memorji sbieħ. Innutaw il-bajja bla ramel, l-ilbies u l-moda differenti u saħansitra l-‘push chair’ tat-tarbija bi stil differenti minn tal-lum. Grazzi li qed tikkontribwixxu għas-sejħa tagħna. ‘Il…