Bil-Filmat: L-Akbar Arma Bħalissa Hija L-Kuraġġ!

  F’dawn il-mumenti l-akbar arma għandha tkun dik tal-kuraġġ. Huwa minnu li ma jfissirx li għadda kollox imma anqas nistgħu nibqgħu mbeżżgħin. Irridu nagħmlu kuraġġ flimkien. Dan kien l-iskop wara l-mixgħela tal-faċċata tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Il-ħsieb imur fuq il-front liners dedikati…