Il-BBC Concert Orchestra terġa’ lura Malta b’lejla ddedikata lill-ABBA u l-Bee Gees

Il-BBC Concert Orchestra se tkun qed tirritorna Malta għas-seba’ darba konsekuttiva b’kunċert spettakolari li din is-sena se jkun iċċentrat fuq il-mużika immortali ta’ żewġ gruppi li ħallew marka kbira fl-istorja tal-mużika internazzjonali – l-ABBA u l-Bee Gees. Wara sitt edizzjonijiet li kollha attiraw attendenza qawwija, il-BBC Radio 2 u l-BBC Concert Orchestra reġgħu għażlu lil…