F’Ħal Għargħur tittella’ l-produzzjoni teatrali “Bejn Hawn u Mkien”

F’pajjiż fejn il-ħajja moderna spiss tkun mimlija materjaliżmu, iż-żmien tar-Randan xorta jibqa’ jqanqal riflessjoni u sens ta’ mistoqsija interjuri. Huwa żmien ta’ skiet li jitkellem u ta’ mixja li tfittex tifsira aktar profonda. F’dan il-kuntest, l-Għaqda Teatrali Dwal Ġodda se tippreżenta l-produzzjoni “Bejn Hawn u Mkien” bejn il-25 u d-29 ta’ Marzu 2026, fl-ispazju teatrali…