Clubhouse ġdida għall-Klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa tibda tieħu forma
Beda x-xogħol fuq clubhouse ġdida għall-Klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa, proġett li kien ilu mixtieq għal ħafna snin mir-residenti u mid-dilettanti tar-regatta fil-lokalità. Il-clubhouse se tinkludi spazju amministrattiv kif ukoll maħżen għad-dgħajjes, u se tinbena qrib is-slipway biex tiffaċilita l-operat tal-klabb u l-varar tad-dgħajjes. Dan il-proġett huwa parti minn sensiela ta’ interventi li qed iwettaq id-Dipartiment…

