Top il-Full: Programm tar-radju dwar il-Malti, b’differenza
Matul is-snin, għadd ta’ xandara, fil-programmi tagħhom dwar il-lingwa Maltija, ippreżentaw il-Malti bħala lsien li għandu jaffaxxinana minħabba l-istorja tiegħu, l-etimoloġija ta’ kliemu, u l-modijiet kważi xjentifiċi ta’ kif għandek tiktbu. L-eċċezzjonijiet jeżistu, imma l-ħsieb li l-ilsien Malti huwa suġġett tal-istudju, altru milli ħaġa ħajja li ngħixuha u ngħajxuha kuljum, donnu baqa’ prevalenti. Mhux għax…

