Il-Ministru Glenn Bedingfield iżur residenza tal-Caritas u jenfasizza l-valur tar-riabilitazzjoni
Fl-ewwel impenn uffiċjali tiegħu bħala Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield għażel li jżur waħda mir-residenzi tal-Caritas li toffri programmi ta’ riabilitazzjoni għal persuni li jkunu qed jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza tagħhom filwaqt li jaffaċċjaw sfidi marbuta mad-dipendenza fuq id-droga. Matul iż-żjara, il-Ministru ltaqa’ mal-membri tal-amministrazzjoni, professjonisti u residenti li qed isegwu dawn il-programmi, fejn…

