Lejn kwalità ta’ ħajja aħjar: imnedija borża ta’ studju għal Dottorat dwar in-nuqqas ta’ vista

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Università ta’ Malta, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ħabbar it-tnedija ta’ borża ta’ studju għal Dottorat li se tiffoka fuq in-nuqqas ta’ vista. Il-proġett ta’ riċerka huwa ffinanzjat mill-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (FITA) u se jiffoka b’mod partikolari fuq it-tfal u l-adolexxenti neqsin mid-dawl u l-familji tagħhom, b’enfasi…

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ġġib f’Malta l-All Digital Summit – Netwerk Ewlieni Ewropew

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bħalissa qed torganizza l-ALL DIGITAL Summit 2025, flimkien ma’ ALL DIGITAL, netwerk Ewropew ewlieni li jippromwovi l-ħiliet diġitali u l-inklużjoni diġitali madwar l-Ewropa. Is-Summit beda fl-10 u jiġi fi tmiemu għada t-12 ta’ Settembru 2025, u huwa opportunità importanti għall-kunsilli lokali u reġjonali biex jiddiskutu t-trasformazzjoni diġitali, it-tisħiħ tal-komunitajiet permezz tat-teknoloġija, u r-rwol tal-gvern lokali f’soċjetajiet…