Uża l-pinna tiegħu biex iwassal il-messaġġ tiegħu bil-lingwa Maltija li ma kinitx meqsjua letterarja
Nhar it-Tnejn li għadda saret ċerimonja fil-Furjana biex titfakkar il-memorja tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Dun Karm, li twieled f’Ħaż-Żebbuġ fit-18 ta’ Ottubru 1871, miet nhar it-13 ta’ Ottubru 1961 — sittin sena ilu. Il-monument tiegħu fil-Furjana kien il-post fejn saret din iċ-ċerimonja ta’ tifkira, li fiha ġie mfakkar bħala ġgant letterarju li permezz tal-kitbiet…
