Niżlu Bid-Dgħajjes… Inqabdu U Qatluhom!

Fit-12 ta’ Jannar tal-1799, kellu jibda l-komplott kontra l-ħakma Franċiża f’Malta immexxi minn Dun Mikiel Xerri. Dan il-komplott kien inkixef lejlet li kellu jsir. Il-Pjan kien li jindaqqu l-qniepen u titla’ l-bandiera b’San Pawl fuqha bħala sinjal ta’ rewwixta. Iżda ġara li jum qabel, fit-Teatru Manoel kienet saret rappreżentazzjoni għar-rebħa li l-qawwiet Franċiżi kien għamlu…