Jitnieda “An eARThistic Easter” 2026 fl-Esplora: esperjenza STEAM li tgħaqqad ix-xjenza man-natura u l-kreattività
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, flimkien mad-Direttur tal-Esplora Vince Micallef Pulè, nedew il-programm “An eARThistic Easter” 2026 – programm estensiv ta’ attivitajiet tal-Għid li se jsiru fiċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza Esplora, b’enfasi fuq l-esplorazzjoni tan-natura permezz tax-xjenza u l-arti. Il-programm se jsir bejn is-6 u t-12 ta’ April 2026 u huwa mibni…
