Il-President iżżur il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Il-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, għamlet żjara fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn setgħet tara mill-qrib ix-xogħol li jsir favur ir-riabilitazzjoni tal-priġunieri. Hija kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Christopher Siegersma, mill-Kap tal-Operat tal-Aġenzija Kurunell Etienne Scicluna, u mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Joyce Dimech. Matul iż-żjara…
