“Festa Ħut 2025 Suċċess” – Alicia Bugeja Said
Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, esprimiet is-sodisfazzjoni li l-Festa Ħut 2025 reġgħet kienet ta’ suċċess. Din is-sena saret b’format estiż fuq jumejn — il-Ġimgħa 19 ta’ Settembru fil-Mellieħa u s-Sibt 20 ta’ Settembru f’Marsaxlokk. Din l-attività tkompli tfaħħar il-kontribut tas-sajjieda Maltin u Għawdxin, li kuljum iqattgħu sigħat twal fil-baħar ’il…
