Il-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC jiċċelebra l-ħames edizzjoni tiegħu f’Malta
Il-Belt Valletta se tkun il-qalba ta’ ċelebrazzjoni ċinematografika Ewropea hekk kif, bejn it-23 u l-28 ta’ Settembru 2025, jiġi organizzata l-ħames edizzjoni tal-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC. Dan il-festival annwali, imtella’ mill-Cluster ta’ Malta tal-EUNIC — li jiġbor fih l-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura — ilu jippreżenta l-film bħala mezz ta’ djalogu u għodda li taqbeż…
