“Wasal iż-żmien li niktbu d-destin ta’ pajjiżna u ngħixuh fl-aqwa tiegħu” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda uffiċjalment il-Viżjoni Malta 2050 waqt attività f’Pjazza Tritoni, u sejħilha wegħda kollettiva ta’ poplu sħiħ li jrid jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu. Din il-viżjoni fit-tul, li ġiet iffurmata wara konsultazzjoni wiesgħa u studji kemm lokali kif ukoll internazzjonali, tħares lejn l-24 sena li ġejjin u timmira li tibdel l-isfidi tal-futur f’opportunitajiet…