Sejba F’Ħal Tarxien Li Kapaċi Tmur Lura Madwar 2000 Sena

Sejba interessanti saret illum f’Ħal Tarxien; dik ta’ qabar Puniku. Dan kien skavat mit-tim tal-Wirt Kulturali u t-tim Geomatich taħt is-supervizjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Is-sejba nstabet f’kundizzjoni tajba; totalment mhux mittiefsa. Instabu urni intatti u anke oġġetti relatati mad-dfin, liema urni kellhom ukoll irmied fihom mir-ritwali tal-kremazzjoni. Magħhom kien hemm ukoll anfora (ġarra tal-fuħħar li…