Għaddejjin ix-xogħlijiet biex Għar Lapsi jerġa’ jingħata lura lin-nies

Ix-xogħol biex iż-żona ta’ Għar Lapsi, fis-Siġġiewi, terġa’ tingħata lura lin-nies qed javvanza b’pass tajjeb. Fl-aħħar ġimgħat, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi beda proġett ta’ riġenerazzjoni wara l-ħsarat kbar li ġabet magħha l-maltempata Harry ftit xhur ilu. Din il-maltempata affettwat serjament l-aċċess għall-bajja u wkoll l-islipway li tintuża b’mod partikolari mis-sajjieda. Ix-xogħlijiet bdew wara li ntemmet konsultazzjoni…

92 talba mill-Kunsilli Lokali u 170 suġġeriment fil-konsultazzjoni ‘Għar Lapsi – Lura lin-Nies’

Wara l-ħsara kbira li ħalliet il-maltempata Harry ix-xahar li għadda, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi beda minnufih żewġ proċessi separati biex jappoġġja lill-kunsilli lokali milqutin. Wara sejħa indirizzata lill-kunsilli biex jinnotifikaw il-ħsarat li sofrew, 24 kunsill lokali ressqu b’kollox 92 talba lid-Dipartiment. Dawn jinkludu interventi fuq ħitan tas-sejjieħ, tindif estensiv u xogħlijiet strutturali oħra meħtieġa. Fil-preżent, it-talbiet…