Jitnieda l-ewwel Annwarju Kulturali mid-Direttorat tal-Kultura
Id-Direttorat tal-Kultura nieda l-ewwel Annwarju Kulturali, pubblikazzjoni li għandha l-għan li tixpruna diskussjoni serja u riflessiva dwar l-identità kulturali Maltija. Dan l-annwarju hu intiż bħala l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta’ librerija ta’ riċerka li sservi ta’ bażi għall-konversazzjoni kulturali li hawn bżonn tant f’pajjiżna. L-annwarju jinkludi ġabra ta’ riċerki fuq temi varji, bħal: L-ilsien Malti…
