Il-Pjazza tal-Imtarfa irriġenerata bi proġett mill-isbaħ
Mijiet ta’ familji attendew l-attività “Iż-Żunżana Ddur Iddur fil-Pjazza tal-Imtarfa”, li saret biex tiġi ċċelebrata l-inawgurazzjoni uffiċjali tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Imtarfa — proġett li sar b’investiment ta’ €1.5 miljun. Matul din l-attività, il-pubbliku seta’ jgawdi minn atmosfera ferriħija mimlija logħob tradizzjonali Malti, mużika tal-banda u ikel tipiku Malti. Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia esprima s-sodisfazzjon…
